Il-Prim Ministru Se Jagħmel Konferenza Stampa Fin-12.15 – Mistennija Miżuri Ġodda

Il-Prim Ministru ta’ Malta, Robert Abela se jkun qed jagħmel konferenza stampa fin-12.15. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci se jkunu preżenti wkoll. Milli jidher se jkunu qed jitħabbru aktar miżuri ta’ mitigazzjoni relatati mal-Covid-19 hekk kif il-pajjiż qed jesperjenza żieda fil-każijiet.

Ilbieraħ, Abela eskluda l-possibbiltà ta’ lockdown għall-gżejjer, iżda qal li qed isiru taħdidiet biex jaraw liema miżuri jistgħu jiġu infurzati. Żieda fil-multi għal dawk li jiksru l-miżuri attwali hija waħda mill-affarijiet li qed jiġu eżaminati sabiex jiġi żgurat li n-nies tal-lokal ikunu tabilħaqq josservaw il-miżuri ta’ mitigazzjoni fis-seħħ.

“Jien nibqa’ nemmen li d-deċiżjoni għandha tkun li ma nidħalx u nżommu bilanċ bejn is-saħħa u l-għixien tan-nies,” qal il-bieraħ.

Facebook / Robert Abela







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI