"Il-Pulizija Huwa Ħaddiem U S-Saħħa Tiegħu Għandha Tieħu Priorità Assoluta." – Ilmenti Rigward Spezzjonijiet Fuq Il-Bajjiet

Fuq il-paġna Malta Police Association tħabbar li għadhom kif tressqu xi ilmenti rigward l-uniformi li jilbsu l-pulizija waqt spezzjonijiet li jagħmlu fuq il-bajjiet. Bħalissa bil-pandemija ma’ saqajna, li numru kbir ta’ nies imur il-baħar tista’ tkun riskju li jkollna laxkar fir-restrizzjonijiet. Biex dan jiġi kkontrollat il-pulzija hi mqabbda tagħmel diversi beach patrols.

Għal dan biex isir bħal kull ħaddiem ieħor, il-pulizija jitolbu li jkollhom uniformi komda li biha jistgħu jkomplu l-qadi ta’ dmirijiethom fuq il-bajjiet. “L-MPA qiegħda tinvestiga lmenti mressqa minn membri tagħha stazzjonati fid-distrett rigwardanti l-ħin li qegħdin jiġu ddettaljati sabiex iwettqu ‘beach patrol’ bl-uniformi normali, inkluż qalziet twil, il-beritta u ż-żarbun  li hija skomda f’każijiet normali, aħseb u ara fuq il-bajja. Il-Pulizija huwa ħaddiem u s-saħħa tiegħu għandha tieħu priorità assoluta.”

L-assoċjazzjoni tkompli, “L-MPA qiegħda titlob lil dawk il-membri li għadhom ma għamlux kuntatt magħna, sabiex jibgħatu email fuq info@mpa.org.mt sabiex ikollna lista kompleta. Din sejra tintuża sabiex inzommukom aġġornati kif ukoll tirċievu komunikazzjoni diretta mill-Union fuq din l-issue.”

L-MPA tiċċara l-fatt li l-ilmenti mhumiex kontra l-beach patrols, iżda kontra l-ilbies tal-uniformi normali fuq il-bajjiet.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI