Illum il-maħbub Joe Demicoli qed jiċċelebra għeluq sninu. Joe huwa persuna li jħobb lin-nies u dejjem jara kif jagħmel biex iferraħ lil dak li jkun.
Maż-żmien, tul ħajtu għamel diversi affarijiet sbieħ relatati mal-aspett artistiku; kant u mużika, xandar fuq ir-radju, preżentatur u anke plays fost l-oħrajn.
Joe jaħseb ukoll fl-aspett soċjali tan-nies fejn spiss narawh jikteb u jitkellem fuq il-mezzi tal-midja soċjali tiegħu, u ma jonqosx kontenut li jpoġġi tbissima fuq wiċċ dak li jkun.
Hu tefa’ filmat ftit sigħat qabel jum għeluq sninu, fejn jidhru dehriet animati tiegħu, u kemxejn umoristiċi wkoll. Joe jikteb, “Happy Birthdat lil kull min jagħlaq żmienu din is-sena. (waħda ta’ malajr)”
Martu Sonia wkoll awguratlu. “L-4 ta’ Marzu jum il-Faqsitu tiegħek Joe. Awguri Nannu u l-isbaħ xewqat, Sonia , Sandy, Robert u ċ-ċkejken Joel.”
Awguri mill-qalb Joe! Ibqa’ ferraħ lil ta’ madwarek!
Facebook/ Joe Demicoli