Dalgħodu l-pulizija ta’ Malta kellhom attività mill-isbaħ flimkien mal-Fgura Local Council fejn ipparteċipaw waqt Fgura Car Free Day 2021. Huma ingħaqdu ma’ dawk preżenti b’mod speċjali t-tfal, li kellhom anke attivitajiet apposta għalihom.
Kien hemm ukoll l-Special Intervention Unit kif ukoll il-K9 Unit li ssieħbu wkoll waqt dan l-avveniment. It-tim kiteb dwar din l-attività fejn qal, “biex nipprovdu servizz ta’ pulizija professjonali u ta’ fiduċja biex niżguraw sigurtà fi sħubija mal-komunità”
Fuq il-paġna ġew ippubblikati anke diversi ritratti mill-avveniment, fosthom dawk tat-tfal jieħdu pjaċir bil-kollaborazzjoni tal-pulizija Maltija u japprezzaw id-dedikazzjoni tagħhom.