Il-Varjant Tal-Covid-19 Qed Jiġri U Jinfirex Fl-Italja Speċjalment Fost It-Tfal

Il-Ministru tas-Saħħa Taljan, ilbieraħ qal li l-varjant tal-Coronavirus skopert fir-Renju Unit qed jinfirex aktar fost it-tfal tal-iskola ġol-pajjiż u dan qed jagħti spinta fin-numru ta’ każijiet pożittivi fil-pajjiż.

Roberto Speranza qal lill-ġurnalisti li l-varjant, li hu assoċjat ma’ rati ogħla ta’ trażmissjoni, wera li qed ikun aktar b’saħħtu “fost l-iżgħar grupp” tal-popolazzjoni. Fl-aħħar ġimgħat, l-inċidenza tal-Italja ta’ każijiet ġodda fost iż-żgħażagħ issa għoliet u qabżet l-inċidenza fost il-popolazzjoni anzjana.

Fl-aħħar jiem, l-awtoritajiet ħadu miżuri biex jissiġillaw ħafna bliet f’żoni fejn ir-rati ta’ trasmissjoni qed jiżdiedu malajr.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI