"Il-Vjaġġ Tiegħi Ntemm Hawn.. Napprezza S-Sapport Li Urejtuni!" – Paula Ta' MasterChef Malta

Ilbieraħ ġiet eliminata l-parteċipanta Paula minn MasterChef Malta fuq deċiżjoni tal-ġurija. 

Id-deċiżjoni ttieħdet wara kompetizzjoni partikolari fejn il-parteċipanti kellhom jinkorporaw il-ħelwa tat-tork fil-platt tagħhom, bil-ġurija kellha tagħżel jekk teliminax lil Christine, Nicholas jew Paula, peress li l-parteċipanti l-oħrajn kienu protetti mill-eliminazzjoni.





Ftit sigħat wara l-eliminazzjoni, fuq il-mezzi soċjali, l-parteċipanta rringrazzjat lil kulħadd tas-sapport li rċeviet tul il-vjaġġ tagħha f’MasterChef.

“Il-vjaġġ tiegħi jintemm hawnhekk,” saħqet Paula fejn appellat lil kulħadd sabiex jibqa’ jitbissem minkejja kollox.



Prosit tassew!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI