Ivan Gaffiero kiteb messaġġ ta’ apprezzament fuq il-paġna tiegħu għal stedina speċjali li rċieva u qasam xi ħsibijiet li għandu dwar il-mistħija fiż-żgħażagħ u s-settur tal-moda.
Hu kiteb, “Ilbieraħ ħadt gost ħafna għall-istedina li kelli, biex nippreżenta l-Prom Night tal-SMC Sekondarja Verdala. Rajt ħafna żgħażagħ, sbieħ u karattri divertenti. Hawn ħafna żgħażagħ f’Malta li għandhom biex jidhru imma jżommu lura. Jistħu u jaqtgħu qalbhom. Jien kont bħalhom, imma llum il-ġurnata jiddispjaċini għax ngħid kemm kont naqta’ qalbi.”
Żied jgħid, “Jien lil dawn iż-żgħażagħ nagħmlilhom kuraġġ ikomplu, għax il-qasam tal-moda huwa wisq ta’ għajnuna għall-kunfidenza u toħroġ il-mistħija. Waqt din l-attività ġiet organizzata fashion show u ħadu sehem ħafna żgħażagħ. Ir-rebbieħa kienu Kayden Seisun Spiteri u Laura Barbara.”
Facebook / Gaffiero Ivan