"Ilbieraħ Sellimt Għall-Aħħar Darba Lill-Mara Kuraġġuża U Mimlija Ġenn Angela" – L-Attriċi Rita Camilleri Mill-Produzzjoni Sorelle

L-Attriċi minn Sorelle Rita Camilleri kienet qed tinterpreta l-parti b’tant għożża ta’ Angela. Hekk kif din il-produzzjoni qed toqrob lejn it-tmiem tagħha, Rita xtaqet tħalli messaġġ speċjali.





“Ilbieraħ sellimt għall-aħħar darba lill-mara kuraġġuża u mimlija ġenn Angela, karattru li kont qed nieħu gost ninterpreta. Grazzi Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber talli ħloqtuha, grazzi lil Rewind Productions, Adrian Saliba tal-paċenzja u l-atturi sbieħ kollha ħbieb tiegħi li wħud minnhom bnejt rabta speċjali magħhom. Se nħoss in-nuqqas tagħkom kollha imma speċjalment ta’ Angela tiegħi li tant inħobb”.

Prosit kbira lil Rita! Attriċi li ma tistax ma tammirax u ma titpaxxiex bit-talenti tagħha!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI