“Ilum Ġejna Nagħtuk L-Aħħar Tislima Dun Raymond, Is-Soltu Tkun Fuq L-Altar Tqaddes Waqt Il-Funerali” – Marisa D’Amato

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook l-artista Marisa D’Amato sellmet il-memorja ta’ Dun Raymond. Hi qalet, “Ilum ġejna nagħtuk l-aħħar tislima Dun Raymond. Is-soltu tkun fuq l-altar tqaddes waqt il-funerali. Huwa mument li jrid jasal fuq kulħadd imma iebsa.”

Żiedet tgħid, “Kont qassis twajjeb, tan-nies. Min ma tantx jattendi l-knisja xorta kont tilħqu, min il-każin jew xi ħanut, jew mil-pjazza. Dejjem ferħan u kuntent u pożittiv. Nirringrazzja lil Andrew li dejjem kien jieħu ħsieb iwasslek u jaqsamlek it-triq, qisu l-anġlu kustodju. Żgur li sa jħoss in-nuqqas tiegħek, l-istess il-kleru, l-familja numeruża tiegħek u aħna l-parruċċani.”

Temmet billi qalet, “Ibqa’ żomm ħarstek u t-talb tiegħek fuq ir-raħal taż-Żurrieq u interċedi għalina quddiem Santa Katarina u l-Madonna tal-Karmnu li tant tħobb. Se tibqa’ f’qalb kull wieħed u waħda minna Dun Raymond.”

Kondoljanzi minn qalbna lill-familjari u lill-ħbieb kollha tiegħu.





Facebook/Nathaniel A. J. Sciberras



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI