“Il-Politika M’Għandhiex Tkissirna” – Pauline Spiteri Bugeja Tappella Għal Aktar Rispett u Għaqda

L-attriċi Maltija Pauline Spiteri Bugeja qasmet messaġġ ta’ riflessjoni u paċi fuq il-midja soċjali, fejn appellat għal aktar rispett lejn l-opinjonijiet differenti u kontra t-theddid u l-insulti fil-politika.

F’messaġġ emozzjonanti, Pauline spjegat kif xi persuni staqsewha għaliex bħalissa mhix qed tesprimi l-opinjonijiet tagħha dwar dak li jkun għaddej fil-pajjiż, kif kienet tagħmel f’okkażjonijiet oħra.

Hija qalet li tħoss li bħalissa “huwa żmien jaħraq”, u li kull opinjoni tista’ faċilment tiġi interpretata bħala favur partit politiku partikolari, anke jekk ma tkunx dik l-intenzjoni tagħha.



Minkejja dan, l-attriċi wriet solidarjetà ma’ dawk li qed jesprimu l-opinjonijiet tagħhom b’mod sinċier u demokratiku, iżda li qed jispiċċaw mhedda jew insultati minħabba dak li jgħidu.



Pauline sostniet ukoll li hemm bżonn li mill-iskejjel nibdew ngħallmu aktar dwar rispett u maturità politika, sabiex il-politika ma tintużax bħala għodda biex “ngħajru u nkissru lil ħaddieħor”.

Hija enfasizzat li kull persuna għandha d-dritt taħseb, tesprimi ruħha, tivvota jew saħansitra ma tivvutax lil min trid, mingħajr pressjoni jew ndħil.

Temmet il-messaġġ tagħha b’appell għal aktar paċi u għaqda bejn il-poplu Malti, fejn qalet: “Paċi u sliem lil kulħadd, u nibżgħu għal xulxin ħbieb.”



Ritratti:

Facebook / Pauline Spiteri Bugeja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI