Joseph ta’ Kapitlu Tlettax kiteb kelmtejn sbieħ hekk kif ibnu Yanik, qed jiċċelebra għeluq sninu.
“Illum għalaqt 19-il sena, Yanik…u ma nistax ma naħsibx kemm għadda malajr iż-żmien,” hu kiteb. “Għadni niftkarek żgħir, u llum qed nara quddiemi żagħżugħ li qed jibda jibni ħajtu u jsib triqtu fid-dinja.”
“Bħala missierek, m’hemmx kliem biżżejjed biex nispjega kemm jien kburi bik. Mhux għax int perfett, imma għax int ibni. U tkun fejn tkun fil-ħajja, dak qatt mhu se jinbidel,” hu kompla jgħid.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Yanik f’għeluq sninu.
Facebook / Kapitlu Joseph