"Illum Għalqu 60 Sena Miżżewġin" – Eleanor Cassar B'Awgurju Speċjali Lil Ommha U Missierha!

Kull ċelebrazzjoni hija waħda speċjali, iżda li koppja tiċċelebra 60 sena miżżewġa hi ċelebrazzjoni tassew unika. Ċelebrazzjoni li żgur li l-ulied japprezzaw immens li għandhom iċ-ċans jiċċelebraw dan il-jum għażiż, ma’ dawk li tawhom il-ħajja.

Il-ġenituri tal-kantanta lokali Eleanor Cassar qed jiċċelebraw proprju dan il-jum. Hi ħalliet post fuq Facebook sabiex tawguralhom, “Awguri lil ommi u lil missieri! Illum għalqu 60 sena miżżewġin. Grazzi Mulej talli għoġbok tatihom dan iż-żmien tant sabiħ biex igawdu lil xulxin… kompli ħarishom u għatihom il-ferħ u s-saħħa ħalli jkomplu jgawdu l-familja sabiħa tagħhom. Inħobbukom ħafna.”

Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom aktar snin fejn ommha u missierha jgawdi lil xulxin, nawgurawlhom ħafna u ħafna saħħa.





Facebook / Eleanor Cassar



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI