Ġorġ Agius, magħruf man-nies bħala l-għannej tal-Mulej illum jiċċelebra għeluq sninu. Lil Ġorġ ħafna jiftakruh idur fil-kurituri tal-isptar b’xi taqbila spirtupront kif jaf iqabbel hu.
Tassew kien joffri faraġ lill-pazjenti bil-karattru mill-aqwa tiegħu! Gorġ illum jagħlaq 94 sena u bħalissa jinsab rikoverat fir-residenza ta’ San Vinċenz. Kważi konvinti li għadu għaddej iferraħ lir-residenti t’hemm ġew ukoll.
Il-paġna popolari Social Channel Malta ħadet l-opportunità issellem u tawgura lil dan il-personaġġ tant popolari. Aħna ningħaqdu magħhom u nawgurawlu l-isbaħ xewqat.