Gerald Fenech u Terry ta’ kuljum jiżvelaw kemm ikunu nstabu każijiet pożittivi ġodda filgħodu fuq Facebook.
“Bonġu, rekord ġdid, oqgħodu attenti,” wissa Gerald Fenech.
Min-naħa l-oħra, Terry żvelat: “Kif dejjem għidtilkom kien l-agħar xahar tal-pandemija tal-Covid-19. Illum ħa nisimgħu bomba oħra u qisu xejn mhu xejn. Veru qegħdin tal-biki. 265 sa 6:00am.”
Wieħed għandu jżomm f’moħħi li minn dawn il-każijiet jaf ikun hemm nies li diġà ħarġu pożittivi qabel u li qed jerġgħu jiġu ttestjati.
Għaċ-ċifri uffiċjali wieħed għandu jistenna san-12:30pm, meta dawn jiġu kkonfermati mill-awtoritajiet tas-saħħa.