Il-ġurnalist sportiv Sandro Micallef sellem il-memorja ta’ ħabib għażiż tiegħu, Victor Vella.
Hu kiteb, “Illum ħadt l-aħbar li ħalliena Victor il-Balla. Lil Victor Vella, sirt nafu meta kont naħdem il-Melita u konna naħdmu diversi programmi sportivi mill-istudios ta’ Where’s Everybody? fejn hu kien jaħdem cameraman. Kien cameraman partikolari ! Ma kienx jitlef produzzjoni anke jekk kienet barra mill-comfort zone tal-istudio !”
Żied jgħid, “Victor kellu passjoni għall-futbol u l-isport kollu u allura kien cameraman li jaħdem b’qalbu. Kien persuna li jħobb jgħin, u kien lest dejjem jagħmel dik ix-xi ħaġa aktar biex jgħin lill-preżentatur u anke l-produzzjoni inġenerali.”
Kompla jispjega, “Kien iżomm mal-Juventus iżda l-ikbar imħabba kienet lejn il-Mosta FC. Għadni niftakar ngħidlu li se mmur noqgħod il-Mosta u qalli issa trid tibda żżomm magħna ! Maż-żmien sirt naf li kien eks plejer ta’ Mosta FC u wara daħal fil-Kumitat u spiċċa jgħin wkkoll għal snin twal fl-istaff tat-team tal-kbar. Grazzi tal-ħbiberija tiegħek Balla.”
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi.
Facebook / Sandro Micallef