L-ewwel grupp ta’ kontestanti ta’ din is-sensiela ta’ Come Dine With Me Malta, mhux biss baqgħu f’qalb it-telespettaturi…iżda anke baqgħu ħbieb kbar!
Graziella Darmanin tellgħet post fejn jidhru li l-kontestanti ltaqgħu għal ħarġa oħra fost oħrajn li organizzaw. Luca sfortunatament ma setax jattendi din id-darba, iżda Redent, Matt u Kimberley kienu hemm.
“Xi kultant l-aqwa affarijiet jiġu minn postijiet mhux mistennija,” kitbet Graziella. “Grazzi ħafna li Come Dine With Me Malta li laqqana flimkien u ħoloq ħbiberiji sbieħ ħafna. Luca, immisjjajnik!”
Facebook / Graziella Darmanin