Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Andy Ellul qasam kelmtejn rigward is-sinjura Maria Micallef li ġiet maħtura bħala Chairperson tal-Kunsill Malti għall-iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.
Hu qal, “Illum ħtart lis-Sinjura Maria Micallef bħala Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD). Bil-ħatra tas-Sinjura Micallef, li se tkun ukoll l-ewwel mara li sservi f’din il-kariga, qed nagħmlu pass ieħor importanti favur it-tisħiħ tal-MCESD u favur djalogu soċjali aktar wiesgħa.”
Żied, “Nirringrazzja wkoll liċ-Chairman uxxenti l-Perit David Xuereb tax-xogħol li wettaq fit-tliet snin li għamel iservi f’din il-kariga.”’
Facebook/Andy Ellul