Illum Huwa Jum Il-Polz – Jum Ta’ Għarfien Dwar L-Arritmiji Karidjaċi

Il-paġna tal-Facebook tad-Dipartiment tal-Informazzjoni tkellmet dwar, Jum il-Polz , li qed niċċelebrawh illum l-1 ta’ Marzu.

“Jum il-Polz, huwa inizjattiva globali annwali li twaqqfet mis-Soċjetà Kardijaka Ewropea ddedikata biex tqajjem kuxjenza pubblika dwar l-arritmiji kardijaċi,” huma kitbu. “Għandha l-għan li tispira lin-nies kullimkien biex jieħdu passi sempliċi iżda ta’ impatt lejn il-protezzjoni tas-saħħa tal-qalb tagħhom, bħal li jsiru aktar infurmati dwar ir-ritmu tal-qalb tagħhom, jiċċekkjaw il-polz tagħhom regolarment, u jfittxu parir mediku kull meta jiġu skoperti ritmi irregolari jew rati ogħla jew aktar baxxi min-normal, speċifikament aktar minn 100 taħbita/min jew inqas minn 60 taħbita fil-minuta waqt il-mistrieħ.”

“L-arritmiji kardijaċi, li huma kundizzjonijiet relatati ma’ anormalitajiet fir-rata u/jew fir-ritmu tal-qalb, huma tħassib dejjem jikber għas-saħħa pubblika madwar id-dinja u huwa stmat li persuna minn kull tlieta madwar id-dinja tinsab f’riskju li tiżviluppa waħda minn dawn il-kundizzjonijiet matul ħajjitha.”

“Sejbien bikri huwa essenzjali għall-prevenzjoni ta’ kumplikazzjonijiet li jirriżultaw minn arritmiji kardijaċi, li jinkludu puplesija u insuffiċjenza tal-qalb. Għalhekk, iż-żieda fl-għarfien pubbliku dwar dawn il-kundizzjonijiet hija essenzjali biex tagħti s-setgħa lill-individwi biex jifhmuhom, jiskopruhom u jindirizzawhom b’mod effettiv.”







Ritratti:

Facebook / Dipartiment tal-Informazzjoni

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI