Illum huwa jum importanti hekk kif niftakru u nsellmu lil dawk kollha li servew jew kienu vittmi fil-gwerer. Dan il-jum ngħidulu Jum it-Tifkira.
Dalgħodu il-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, tispezzjona l-Gwardja tal-Unur tal-Forzi Armati ta’ Malta u wara fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta, se tiġi ċċelebrata quddiesa mill-Arċisqof Charles J. Sciculna propju għal din l-okkażjoni.
Diversi organizzazzjonijiet jingħaqdu mal-Forzi Armati ta’ Malta għal ċerimonja tat-tqegħid tal-kuruni.
Facebook / Armed Forces of Malta (AFM)