Illum s-7 ta’ Marzu huwa l-Jum Internazzjonali tal-‘Unplugging’, terminu li jsfisser li jħeġġeġ skonnessjoni biex ikun hemm aktar attenzjoni ta’ dak li qed jiġri fil-madwar, u mhux fuq l-iscreen tal-mobile.
Sfortunatament qed ngħixu fi żmien fejn it-teknoloġija ħakmet il-ħajja tagħna. Tant inqattgħu ħin fuq il-mobiles tagħna, li kultant ma nindunawx li nkunu fuq il-mobiles tagħna jew kemm qattajna ħin fuqu.
Dan il-jum internazzjonali nħoloq biex wieħed ikun jista’ japprezza l-ħajja mingħajr teknoloġija jew dipendenza fuq il-mobile. Id-dilettanti ta’ dan il-jum jissuġġerixxu lin-nies biex ikunu attivi, jirrilassaw, jirriflettu, joħorġu barra u biex jagħmlu xi ħaġa mal-maħbubin jew qraba tagħhom.