“Illum Huwa L-Jum Tiegħek Da. Il-Jum Li Fih Niċċelebraw Lilek F’Għeluq Sninek” – L-MP Romilda Zarb

Il-Membru Parlamentari,Romilda Zarb, mill-pjattaforma soċjali tagħha, ittella’ l-awgurju tagħha lil missierha f’għeluq sninu. 

“Illum huwa l-jum tiegħek, da.  Il-jum li fih niċċelebraw lilek f’għeluq sninek. Grazzi talli dejjem kont, għadek u tibqa’ dejjem hemm għalina. Ma jimpurtax kemm ikollok affarijet fuq rasek, int dejjem issib il-ħin u l-qalb biex tgħinna.Il-preżenza tiegħek, il-pariri tiegħek u l-imħabba bla kundizzjoni jfissru ħafna għalina aktar milli nistgħu ngħidu bil-kliem.

Inħobbuk ħafna. Awguri mill-qalb.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI