Il-Ministru Chris Bonett sellem il-memorja tas-Sur Calleja li ġie nieqes dalgħodu. Fuq il-mezzi soċjali Bonett ħabbar, “Xokk qawwi dalgħodu. Sa nhar l-Erbgħa li għaddha mort il-festa tal-Madonna ta’ Loretu fil-Gudja u sibtu hemm bid-daħka li nafu dejjem biha. Is-sur Calleja. Ġie jiġri fuqi u widdibbni, ’Kemm ilek ma tiġi san-Nursery int għid? Ejja ħdejja nieħdu kafè. Nieħu gost narak.‘ Ħadna ritratt tal-okkażjoni ukoll. Mur għidilna li dak il-kafe ma kienx fil-pjanijiet tal-Mulej.”
Hu jżid, “Is-sur Calleja…qatt ma tgħallimt x’jismu għax ma kellix għalfejn. Għax meta ssemmi ismu taf li qed tirreferi għal dak il-ġentlom li ħajtu, minn filgħodu sa filgħaxija, kienet in-Nursery tal-Hibs. Hemm kont issibu, xemx u xita, dejjem imdawwar bit-tfal. Tfal tal-lum u tfal tal-bieraħ. Tfal li meta kibru bagħtu lit-tfal tagħhom għand is-sur Calleja. Għax kollha l-istess kelma fuqu… dak tellgħana irġiel!”
Bonett ikompli, “Dixxiplina, simpatija u fuq kollox umilta’. Dawn kienu l-valuri li għaddha lil ħafna tfal Pawlisti John Calleja. U kienet faċli għalih biex jagħmilha. Għax dawn kienu l-valuri li kien jimxi bihom hu ta’ kuljum. Iva, illum il-Gudja tilfet wieħed mill-aqwa ulied tagħha. Ulied Raħal Ġdid tilfu pilastru. In-nuqqas tiegħu se nħossuh għal ħafna żmien. Strieħ Sur Calleja u grazzi ta’ kulma għamilt magħna u t-tfal tagħna.”
Hu jtemm, “Il-kondoljanzi sinċiera lis-sinjura Calleja u lill-familja ta’ John.” Aħna ningħaqdu miegħu biex noffru l-kondoljanzi tagħna f’dan il-mument lill-familja kollha,