Illum Il-Knisja Kattolika Qiegħda Tfakkar Il-Jum Internazzjonali Tal-Faqar

Illum huwa l-Jum Internazzjonali tal-Faqar fejn niftakru f’dawk li għandhom bżonn l-għajnuna. Huwa jum fejn nippjanaw kif nistgħu nkunu ta’ għajnuna għal dawk li jgħixu fil-faqar. Il-Papa Franġisku waqqaf iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji tal-Foqra fl-2017.

Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, il-Papa Franġisku ħeġġeġ biex b’mod speċjali f’dan il-jum, niftakru f’dawk il-persuni li qed ibatu l-faqar.  “Fil-Jum Dinji tal-Foqra, ejjew niftakru li l-Knisja tesprimi n-natura tagħha meta naqdu lill-fqar – dar miftuħa għal kulħadd, post tal-kompassjoni ta’ Alla għall-ħajja ta’ kull persuna.”

Ejjew inkomplu ngħinu kemm nistgħu lil min hu inqas ixxurtjat minna.

View this post on Instagram

A post shared by Pope Francis (@franciscus)







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI