L-attur komiku Daniel Chircop kiteb il-ġmiel ta’ poeżija lil missieru Lino li llum qed jiċċelebra it-78 sena minn twelidu.
Daniel qal li missieru kellu biċċa xogħol mit-tqal għaliex kellu 6 itfal, imma l-imħabba, ir-rispett u l-irġulija qatt ma naqsu. Ħadem u għamel sagrifiċċju għall-familja u dejjem ra kif għamel biex żamm il-familja magħquda.
Fl-aħħar nett Daniel jitlob lill-Mulej flimkien mal-familja biex missierhom li huwa wkoll nannu, jibqa’ għaddej. Awguri mingħandna Lino! U prosit tal-erba’ kelmiet li ktibt Daniel.
Ritratt: Facebook/ Daniel Chircop