Ħafna jinsabu xxukkjati bl-ammont ta’ umdità li qed ikun hawn f’dan ix-xahar fejn l-arja ta’ barra tinħass saffokanti. Dawn il-jumejn jidhru li se jkunu l-quċċata ta’ umdità estrema.
Il-paġna tal-Facebook It-Temp Madwarna tawna aġġornament tat-temp illum. “It-temp illum jisbaħ imċajpar u b’xi sħab li jsir il-biċċa l-kbira xemxi/sħun, iżda jinħass umdu ħafna u tqil,” huma kitbu hekk kif l-umdità hija 100%.
“Ir-riħ umdu u ħafif/varjabbli (F2-3) l-aktar mil-Lvant (E) jew ix-Xlokk (SE).. Il-baħar kalm. L-ogħla temperatura llum: 35°C; l-inqas illejla: 27°C. Tinħass: 47°C | 29°C. Indiċi UV: 8.”
Suppost jidher li fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla t-temperaturi jonqsu ftit.
Facebook/It-Temp Madwarna