Illum Jagħlaq Sninu L-Attur U Preżentatur Indri Attard – Tiftakruh F’Dejjem Tiegħek Becky?

F’għeluq sninu bosta llum qed jawguraw l-isbaħ xewqat lill-personalità lokali Indri Attard.

Il-karriera ta’ Indri bdiet proprju fuq ir-radju meta fl-1998 kien l-ewwel wieħed li ippreżenta lis-segwaċi programm ibbażat biss fuq il-mużika lokali. Sal-lum il-ġurnata Indri ippreżenta numru kbir ta’ programmi fuq ir-radju.

Xi snin wara Indri kien ukoll ħa sehem fis-sensiela tant popolari Dejjem Tiegħek Becky fejn fiha kien għamel il-parti ta’ Jan.

Indri huwa wkoll skultur u fost il-bosta xogħlijiet tiegħu hemm il-bust tal-mibki Pawlu l-Pampalun li ġie inawgurat proprju matul dawn l-aħħar jiem fil-Belt Valletta.



Nawgruawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu!





Ritratti:

Facebook / Indri Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI