Illum Jagħlaq Sninu L-Muxu – Ara X’Kellhom Jgħidulu Dawk Viċin Tiegħu

Illum jaħbat għeluq snin Matthew Mercieca magħruf ma’ ħafna bħala l-Muxu. Matt ħadem ma’ diversi artisti lokali tul is-snin, fosthom: Amber, Christabelle, Gaia, Federica Falzon, Destiny u Christina Magrin li magħhom irrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest u l-Junior Eurovision Song Contest.

Ritratt: Facebook / Sandra Mercieca

Fost l-awgurju li spikka kien dak ta’ omm il-Muxu, Sandra li tellgħat ritratt ta’ meta kien għadu tarbija. Ommu għaddietlu messaġġ sempliċi: “Awguri f’għeluq sninek. Inħobbok ħafna ħafna. Dejjem kun int u kompli għamel dak li tagħmel l-aħjar f’xogħolok u l-imħabba lejn il-ħajja u dawk ta’ madwarek. Il-Mulej miegħek dejjem ibni.”

Aħna ddeċidejna li nehmżu ftit ritratti ta' diversi personalitajiet lokali li s'issa awguraw lil Muxu f'għeluq dan il-jum speċjali. Aħna ningħaqdu ma' dawn l-artisti u nawgurawlu jum mill-isbaħ mimli b'dak kollu li tixtieq qalbu! Awguri!

Hawn narawh ma' Kurt Calleja li riċentament ħadmu flimkien fuq il-kanzunetta li Kurt ħareġ bl-isem ta' Sweet Chili.

Ritratt: Instagram / Muxu

Ritratt flimkien ma' Christabelle fejn kien l-awtur wara l-kanzunetta tagħha Taboo.

Ritratt: Instagram / Muxu

Lura fl-2013 Gaia rebħet il-Junior Eurovision u l-ħbiberija bejn it-tnejn kompliet tikber!

Ritratt: Instagram / Muxu

Ritratt ma' Kevin Paul, Kevin u Matt ħbieb kbar u ta' spiss ikunu flimkien jiddevertu. 

Ritratt: Instagram / Muxu

Davinia u Matt ilhom ħbieb żmien twil kif jixhed ir-ritratt, Matt kiteb l-aħħar kanzunetta ta' Davinia Cure. 

Ritratt: Instagram / Muxu

Ritratt mal-kantanta lokali Jade Vella, tgħid għad naraw lil dawn it-tnejn f'xi kollaborazzjoni?

Ritratt: Instagram / Muxu

Awguri għal aktar suċċess ma' diversi kantanti li kellek iċ-ċans li taħdem tul is-snin. Sabiħ li tara r-rispett u l-awguri mingħand tant nies li taħdem magħhom f'dan il-jum speċjali. 

Facebook / Muxu

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI