Illum Jinstabu Aktar Każijiet Ta' Fejqan Milli Dawk Pożittivi!

Skont iċ-ċifri ppubblikati mill-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, Malta rreġistrat 103 każijiet ġodda tal-Covid-19 wara li saru 3,189 swabs fl-aħħar 24 siegħa.

Il-post innota wkoll li “Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati. Mill-każijiet tal-bieraħ: 14-il każ kienu membri tal-familja ta’ każijiet magħrufa qabel, 8 kienu kuntatti ta’ kollegi tax-xogħol pożittiv, 3 każijiet kienu kuntatti diretti ta’ każijiet pożittivi oħra, u 2 każijiet ġew importati.”

Il-gżejjer irreġistraw 123 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 5,888 u n-numru ta’ każijiet attivi għal 2,151. Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 8,137 każ u wettqet 386,318 test.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI