Christa Cilia, tat aġġornament ieħor dwar il-kelba li serqet il-qlub ta’ ħafna, Pina. Pina nstabet minn Christa f’kundizzjoni tal-waħx u kienet fi stat ta’ għadma u ġilda. Din il-kelba verament ħelwa ġiet abbundunata u traskurata.
Christa għamlet minn kollox biex tati ċans ieħor lil Pina u hija ħaġa tal-iskantament kemm l-imħabba tbiddel: Pina qalbet tant għall-aħjar b’progress wara progress.
L-ewwel ritratti u filmati ta’ Pia li rajna, kienet dgħajfa u bilkemm setgħet tiċċaqlaq. Issa Christa tellgħet filmat ta’ Pina tiġri u tilgħab fil-kampanja. “Mhux biss żiedet fil-piż, izda kisbet ħajja,” hi kitbet.
Prosit kbira Christa ta’ dak kollu li tagħmel!
Facebook / Christa Cilia