Ritratti Meħudin Fil-Festa Tal-Imnarja F’Nofs Is-Snin 60

Il-festa tal-Mnarja, magħrufa wkoll bħala l-Festa ta’ San Pietru u San Pawl, tiġi ċċelebrata fid-29 ta’ Ġunju u hija waħda mill-eqdem festi tradizzjonali f’Malta. Tradizzjonalment, il-familji Maltin kienu jinġabru l-Buskett biex iqattgħu l-ġurnata flimkien, filwaqt li jgawdu ikel tradizzjonali bħall-fenek. Il-festa hija wkoll marbuta ma’ wirjiet agrikoli, kompetizzjonijiet tal-biedja u tradizzjonijiet folkloristiċi li jfakkru l-wirt rurali u kulturali ta’ Malta.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom National Archives of Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom sett ritratti meħudin f’nofs is-snin 60. Huma qalu, “L-Imnarja 60 sena ilu. Il-festi tal-Imnarja (29 ta’ Ġunju) u ta’ Santa Marija (15 ta’ Awwissu) kienu jimmarkaw is-sajf Malti. Il-wirja agrarja tal-Imnarja fil-Buskett kienet avveniment ta’ kull sena ewlieni f’pajjiżna. Ritratti meħuda minn Guido Stilon (1932-1975) f’nofs is-snin 60.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI