Illum Jum Il-Vitorja – Festa Nazzjonali U Jum Importanti Fl-Istorja Ta’ Malta

It-8 ta’ Settembru huwa wieħed mill-aktar jiem sinifikanti fl-istorja ta’ pajjiżna, hekk kif illum Malta u Għawdex ifakkru Jum il-Vitorja.

Din il-festa nazzjonali hija marbuta ma’ diversi mumenti importanti fl-istorja Maltija. Hija magħrufa ferm għat-tmiem tal-Assedju l-Kbir tal-1565, meta l-Ordni ta’ San Ġwann u l-Maltin irnexxielhom jirreżistu l-attakk tal-Imperu Ottoman.

Il-ġurnata għandha wkoll tifsira reliġjuża, hekk kif tiġi ċċelebrata t-Twelid tal-Verġni Marija, magħrufa fost il-Maltin bħala l-Bambina. Il-festa tiġi ċċelebrata b’mod partikolari fl-Isla, in-Naxxar, il-Mellieħa u x-Xagħra f’Għawdex.

Tradizzjoni oħra marbuta sew ma’ Jum il-Vitorja hija r-Regatta fil-Port il-Kbir, li kull sena tiġbed lejha bosta dilettanti.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI