Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records tkellmu dwar rekord nazzjonali ġdid li ġie preżentat riċentament.
Qalu, “The Malta Records ilbieraħ konna mistiedna minn ġurnalist lokali sabiex nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-aktar persuna fil-gżejjer Maltin li ltaqgħet u ħadet ritratti ma' VIPs internazzjonali minn kull sfera tal-ħajja, b'total ta' 350 ritratt.”
Żiedu, “Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Cristian Muscat, ġurnalist sportiv. Cristian ilu għexieren ta' snin b'din il-passjoni li teħodlu ħafna ħin u jrid paċenzja kbira sabiex jaqta' xewqtu.”
Qalu wkoll, “Qed nuru wħud mir-ritratti li Cristian irnexxielu jieħu ma' ċelebritajiet li żgur ħafna minnkom tagħrfuhom. Aktar ritratti tistghu ssibuhom fil-paġna personali ta' Cristian bl-isem ta' VIP Catcher. Minn qalbna nawguraw lil Cristian li jkompli jgħix il-ħolm tiegħu li jiltaqa' ma' aktar VIPs.”