“Qed Jikbru F’Gaġġa Mingħajr Ħadd Ma Jridhom” – Animal Welfare

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Animal Welfare Gozo għamlu appell lill-pubbliku rigward numru ta’ qtates li sfortunatament għad m’hemmx min iridhom ikunu parti mill-familja tiegħu.

L-għaqda qalet li huwa tal-qsim il-qalb li tara dawn il-qtates jikbru wara l-bibien ta’ gaġġa, meta suppost qegħdin jikbru f’dar, maħbubin u kkunsidrati bħala parti minn familja.

“Suppost qed jisirqulek postok fuq is-sufan u jikbru mdawrin bl-imħabba,” qalu huma.

Temmew il-kitba tagħhom billi qalu, “Il-qtates kollha tagħna imsewwija ladarba jikbru biżżejjed. Dan huwa essenzjali biex ngħinu nikkontrollaw il-popolazzjoni tal-qtates fit-toroq u biex nevitaw li jitwieldu aktar frieħ mhux mixtieqa għall-ħajja fit-triq.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI