Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat aktar kmieni awgurat maratona ta’ suċċess għal L-istrina, hekk kif sfortunatament ma tistax tkun preżenti minħabba li ma tiflaħx. Qasmet ritratti mill-passat tagħha waqt L-istrina.
“Illum kontra qalbi mhux se nkun mat-tim ta’ preżentaturi għal L-istrina għax ninsab ma niflaħx. Biss nappella biex illum tkunu bħal dejjem qalb waħda mal-batut. Nawgura lit-tim kollu ta’ The Malta Community Chest Fund Foundation kull suċċess għal din il-maratona.
Waqt li ngħidu prosit lil Maria għal kemm kontinwament taħdem biex tgħin lil dawk fil-bżonn, nixtiqulha fejqan malajr!