“Illum Niċċelebraw Lilek Ġuż. Lilek U L-Ferħ Kollu Li Ġġib Miegħek. Lilek U S-Serenità Li Tiżra…” – Antonella Galea Loffreda

Illum jiċċelebra għeluq sninu l-attur, produttur u preżentatur lokali Joseph Galea. Il-mara tiegħu Antonella Galea Loffreda tiktiblu messaġġ biex tawguralu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż.

Hi tikteb, “Illum niċċelebraw lilek, Ġuż. Lilek u l-ferħ kollu li ġġib miegħek. Lilek u s-serenità li tiżra’ anke fl-iktar mumenti delikati. Grata immens li terraqt miegħek tant u tant snin, u li għat-33 darba qed niċċelebraw għeluq sninek flimkien. Grazzi talli int dak li int, għażiż tiegħi.”





Antonella tkompli tgħid, “Minn qalbi nawguralkom ħafna saħħa u paċi f’qalbek, sabiex flimkien inkomplu ngawdu r-rigal sabiħ tal-ħajja. Prezzjuż wisq għalija… għalina. Inħobbok wisq.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbu. Nawgurawlu sena mill-aqwa mimlia saħħa, hena, kuntentizza.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI