Il-Kunsillier Furjaniż u preżentatur James Aaron Ellul qasam l-aħbar ta' dak li seħħ matul il-lejl li għadda, att ta' vandaliżmu fuq Bieb il-Bombi fid-daħla tal-Furjana.
Hu kiteb, "Dalgħodu qomna bi graffiti ma' monument nazzjonali. Ili għal dawn l-aħħar xhur nappella f'kull laqgħa tal-Kunsill għall-camera ta' wara l-Bieb il-Bombi li tneħħiet bla ma ħadd jaf għaliex. Saqsejt għaliex u bqajt bla risposta sal-lum. Tlabt biex terġa' ssir u bqajt bla risposta."
Hu jikteb, "Tkaxkir tas-saqajn, għal dab'oħra, bl-ebda awtorità ma trid tassumi r-responsabbiltà. Kulħadd jilgħab ping pong. Illum seħħ li żgur ħadd minna ma ried li ssir. Bieb il-Bombi reġà ġie vandalizzat. Jeħtieġ li l-Kunsilliera nkunu stmati aktar. Jeħtieġ li l-Kunsilli jingħataw widen."
Żgur li hi ħasra li naraw xena bħal din! Nittamaw li jkun jista' jitnaddaf bla wisq dewmien.
Facebook / James Aaron Ellul