Illum Tagħlaq Sninha L-Kantanta Morena – Irrappreżentat Lil Malta Fil-Eurovision Bil-Kanzunetta 'Vodka'!

Illum il-kantanta Għawdxija Morena tagħlaq 41 sena. Żgur li bosta għadhom jiftakruha tirrappreżenta lil pajjiżna ġewwa s-Serbja fl-2008 bil-kanzunetta ikonika ‘Vodka’.

F’dik l-istess sena, l-kantanta kienet ipparteċipat fil-Malta Song Europe b’żewġ kanzunetti u għalhekk minbarra ‘Vodka’, kellha wkoll il-kanzunetta ‘Casanova’ li ġabet riżultati pożittivi u fil-fatt ġiet fil-ħames post.

Għalkemm mhux ħafna jafu, isem il-kantanta huwa Margaret Camilleri. Hi twieldet fis-7 ta’ Marzu tal-1984 u hija mir-raħal Għawdxi Ta’ Sannat.





Bosta awgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha fuq il-mezzi soċjali.

Awguri, Morena!

Sors: M3P / Morena

Ritratti: Facebook / Morena Camilleri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI