Illum ngħaddu l-awgurju tagħna lill-attriċi Josette Ellul li ħafna jafuha bħala Lonza fost l-oħrajn waqt Klassi Għalina. Illum l-attriċi dħulija u bravissima tiċċelebra għeluq sninha.
Kull min jaf lil Josette jew ħadem magħha mill-viċin jiddeskriviha bħala persuna simpatika u b'talent kbir. Bla dubju lil Josette tiftakruha f'sensiliet oħra popolari bħal Qegħdin Sew, Fredu l-Fra u s-Sur Gawdenz Bilocca. Kienet anke parti mit-tim tal-programm maħbub, Kalamita.
Awguri minn qalbna Josette! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ u kulma tixtieq qalbek!
Facebook/ Josette Ellul