"Illum Tajna L-Aħħar Tislima Lil Missieri…" – Kondoljanzi Sinċiera Lil Fr. Robert Grech U L-Familja Kollha

Fr. Robert Grech għadu kemm ġarrab it-telfa tal-għażiż missieru. Kull min jafu ħa ħsieb li juri solidarjeta u appoġġ f’dan il-mument, speċjalment aktar kmieni llum meta taw l-aħħar tislima lil missieru waqt il-funeral.

Fr. Robert ħalla messaġġ ta’ ringrazzjament biex juri l-apprezzament u l-gratitudni lejn kull min qed jagħmillu kuraġġ, kif ukoll qasam ritratt mill-funeral. “Illum tajna l-aħħar tislima lil Missieri fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann. Minn qalbi f’ismi u f’isem il-familja kollha nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li attendew għall-Quddiesa, li bagħtu bukketti ta fjuri u li urew sogħba għat-telfa tal-għażiż missieri. Inkomplu nżommuh fit-talb tagħna biex il-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem fis-saltna tiegħu. GRAZZI.”





Kondoljanzi sinċiera lil Fr. Robert u l-familjari kollha. Jistrieħ fis-sliem l-għażiż missieru.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI