Illum hi l-ġurnata speċjali ta’ wieħed mill-aqwa kantanti li għandna f’pajjiżna Klinsmann Coleiro u f’din l-okkażjoni xi ħadd qrib tiegħu xtaq iħallilu erba’ kelmiet!
Fil-fatt oħtu Kylie Coleiro awguratlu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum u wriet anke xi ritratti ta’ mumenti speċjali anke fil-karriera tagħhom tal-kant. “In-naqra li naraw il xulxin propja kelb u qattus imma l -imħabba li nħoss li għandi għalik hi kbira avolja ġġegħlni nitkellem bil-Ġappuniż xi kultant!”.
Bħall-aħwa kollha żgur ma jaqblux f’kollox xi waqtiet iżda Kylie issemmilu fost l-aktar karatteristiċi sbieħ li għandu dan ir-raġel mimli talenti. “Ibqa’ dawwar lilek innifsek b nies onesti u li jridulek il-ġid! Ibqa’ aħdem fuq il-materjal tiegħek ta’ mużika għax m’għandi l-ebda dubju li jkun eċċellenti!”.
Nawgurawlek mill-qalb Klinsmann! J’Alla jkollok aktar snin ta’ kuntentizza ,saħħa u suċċess!