L-attivista Jeanesse Abela spjegat fuq il-paġna tagħha, li hi bħala persuna nbidlet ferm iżda qalbha u l-valuri tagħha ma nbidlux.
Hi spjegat, “In-nies jinbidlu biż-żmien, u anke jien. Sirt iżjed b’saħħti, għandi iktar għerf, u tgħallimt ħafna mill-esperjenzi tal-ħajja. Inbdilt b’diversi modi imma ħaġa waħda tibqa’ l-istess – għadni jien. Il-valuri tiegħi, qalbi, u l-altruwiżmu tiegħi ma nbidlux. Sempliċiment qed insir l-aqwa verżjoni tiegħi nnifsi.”
Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti pożittivi, fosthom persuni li qalulha li t-tbissima tagħha baqgħet sabiħa u qatt ma nbidlet.
Nirringrazzjawha ta’ dawn il-kelmtejn ta’ ispirazzjoni, li jfakkruna li għalkemm huwa important li ninbidlu u nsiru iżjed b’saħħitna, dejjem għandna nibqgħu nħaddnu qalb tajba.
Facebook / Jeanesse Abela