Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kantant u kompożitur Paul Giordimaina. Paul irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1991 ma’ Georgina, filwaqt li fl-2011 hu kkompona l-kanzunetta One Life ta’ Glen Vella. Proprju f’dan il-jum Paul jagħlaq 65 sena.
L-imħabba ta’ ħajtu Fleur Balzan kitbet messaġġ għall-okkażjoni. “Happy Birthday lill-iktar raġel li jieħu ħsieb u li jħobb, u li kburija nsejjaħlu l-maħbub tiegħi, Paul Giordimaina! Jalla jkollok ġurnata sabiħa, fil-kumpanija tiegħi. Inħobbok.”
Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt, nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum u nittamaw li jkollu dak kollu li tixtieq qalbu llum u dejjem!
Facebook/ Paul Giordimaina