F'post li ttellgħet ftit ilu fuq il-paġna Kate: Writing my Story, tkompli turi d-determinazzjoni u l-kuraġġ ta' Kate, li serqet il-qlub ta' kulħadd matul l-aħħar snin. Kate issa jmissha aktar testijiet ġewwa Londra.
It-tama għal iktar progress tibqa' hemm.
"Sejra lejn Londra, din id-darba lejn l-Isptar Great Ormond Street. Wasal iż-żmien għat-testijiet tal-għajnejn u tal-vista tiegħi mal-professur. Inħossni mimlija tama u grata għall-imħabba li qed nirċievi — pass pass, u nafda li kollox se jmur sew."
Brava Kate, ibqa' hekk kuraġġuża!