“Informa Ruħek Dwar Ir-'Rip Currents' U X'Għandek Tagħmel Jekk Issib Ruħek F'Wieħed Minnhom” – Maltese Islands Weather

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Maltese Islands Weather qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit infomazzjoni importanti immens dwar persuna x’għandha tagħmel jekk issib ruħha fir-rip currents.

Huma qalu, “F’dan iż-żmien ħafna jerħula lejn il-baħar sabiħ li jdawwar il-gżejjer tagħna. Jeħtieġ li nfakkru lil kulħadd dwar periklu partikolari li jista jkun li tiltaqgħu miegħu, speċjalment f’jum bir-riħ bħal lum u l-jiem ta’ wara. Il-famuż ‘Rip Current’. Tista’ tiltaqa’ ma’ dan il-kurrent anke fl-iktar ġranet kalmi, imma jekk tkun taf x’għandek tagħmel tista toħroġ minnu bla ebda periklu.”

Żiedu, “’Rip Current’ huwa kurrent ta’ ilma qawwi, lokaliżżat u dejjaq li jimxi l-barra mix-xtajta. Dan normalment jimxi kontra l-mewġ dominanti u jkun l-aktar qawwi f’wiċċ il-baħar. Dan it-tip ta’ kurrent jidher bħala qatgħa kalma ħafna fil-mewġ. Ir-‘Rip Current’ jista jkun b’qawwa ta’ 2.5 metri kull sekonda u jaf jestendi għal distanza twila. Normalment ikunu dojoq ħafna.”

Qalu wkoll, “Dan huwa ta’ vantaġġ għal min jinqabad f’wieħed minnhom. Jekk issib ruħek f’kurrent ta’ dan it-tip se tirrealiżża li baħar qed jiġbdek il-barra u tgħum kemm tgħum kontra tiegħu ma tavvanza qatt. Tippanikjax. Tippruvax tiġġieled kontra l-kurrent għax tgħejja malajr. Minflok, għum bil-kalma lejn il-ġenb, parallel mal-bajja. Tinduna li tkun ħriġt mill-kurrent għax tħoss il-qawwa tiegħu tbatti.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI