Mario de Marco jiltaqa’ b’kumbinazzjoni ma’ Joe Debono Grech waqt coffee morning Il-politiku mill-kamp Nazzjonalista Mario de Marco qasam mument li seħħ b’kumbinazzjoni waqt coffee morning li attenda f’lukanda, fejn sab ruħu jiltaqa’ mal-eks Deputat Laburista li serva fil-Parlament għal bosta snin, Joe Debono Grech.
F’post fuq il-midja soċjali, De Marco spjega li waqt li kien qed jattendi coffee morning, inzerta li fl-istess lukanda kienet qed issir attività oħra organizzata minn Yana DeBono Grech. Proprju hemmhekk kellu l-opportunità jiltaqa’ ma’ Debono Grech.
“Il-bieraħ kelli coffee morning f’lukanda fl-istess waqt illi inzerta illi kellha coffee morning ukoll Yana DeBono Grech. Bla ħsieb iltqajt ma’ Joe Debono Grech li serva bħala Deputat tal-Parlament għal tant snin. Ħadt gost narah,” kiteb De Marco.
Huwa żied li minkejja li ġejjin minn naħat politiċi differenti u xi drabi għandhom opinjonijiet differenti, ir-relazzjoni bejniethom dejjem kienet ibbażata fuq rispett reċiproku. “Inħaddnu politika differenti, kultant għandna opinjonijiet differenti, iżda minn dejjem kellna u għandna rispett reċiproku,” sostna De Marco.
Il-messaġġ tiegħu tqies minn diversi persuni bħala eżempju ta’ kif, minkejja d-differenzi politiċi, jista’ jibqa’ jeżisti rispett bejn individwi li servew jew li għadhom iservu fil-ħajja pubblika tal-pajjiż.
Facebook / Mario de Marco