Il-Prezz Medju Tal-Proprjetà Żdied Għal €237,749 Bejn L-2020 U L-2025 – Informazzjoni Li Qasam Il-Minsitru Clyde Caruana Fil-Parlament

Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana qal li l-prezz medju tal-proprjetà żdied minn €163,560 għal €237,749 bejn l-2020 u l-2025. Dejta ppreżentata fil-parlament turi li matul dan il-perjodu ta’ ħames snin, xerrejja ta’ bejn it-18 u l-40 sena ħallsu medja ta’ €74,000 aktar biex jixtru proprjetà.

Fl-2020 kien hemm 3,256 xerrej individwali u 5,244 xerrej konġunt, li b’kollox jagħmlu 8,500 xerrej. Dik is-sena, il-prezz medju mħallas kien ta’ €163,560. Is-sena ta’ wara, fl-2021, in-numru ta’ xerrejja żdied għal 11,180, filwaqt li l-prezz medju tal-proprjetà laħaq €181,380.

Fl-2022, il-prezz medju kompla jiżdied għal €190,561, qabel tela’ għal €212,139 fl-2023. Sal-2024, meta n-numru totali ta’ xerrejja kien ta’ 8,880, il-prezz medju tal-proprjetà kien laħaq €226,128.

Dawn iċ-ċifri juru kif il-prezzijiet tal-proprjetà komplew jiżdiedu b’mod konsistenti matul dawn l-aħħar snin, b’mod partikolari għal xerrejja iżgħar fl-età. Iż-żieda fil-prezzijiet qed tkompli tqajjem diskussjoni dwar kemm qed issir aktar diffiċli għal ħafna nies, speċjalment iż-żgħażagħ, biex jixtru dar għall-ewwel darba.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI