Charles Meli żgur li wiċċ familjari ma’ dawk li jsegwu d-drama lokali, il-moħħ wara l-film Malti Qlub Imweġġgħa, kif ukoll rajnieh jieħu sehem f’Ġieħ L-Imħabba, fiċ-Ċaqqufa, l-Gharusa, Ħbieb u Għedewwa u anke Division 7.
Kif ħafna jafu Charles hu missier ta’ tewmin u llum qed jiċċelebraw għeluq sninhom. Indubjament dan il-jum huwa wieħed speċjali għalih u ħallielhom messaġġ għall-okkażjoni fuq il-midja soċjali.
Hu jikteb, “Awguri f’għeluq sninhom lill-għeżież uliedi t-tewmin Clint u Brandon. Inħobbkom ħafna u ninsab kburi ħafna bikom it-tnejn. Nawguralkom ġurnata sabiħa ħafna u futur sabiħ ‘il quddiem. Ninsab kburi ħafna li nissejjaħ missierkom.”
Awguri mill-qalb Clint u Brandon!