“Inħobbuk Bla Qies Ana” – Il-Ministru Clint Camilleri Jiċċelebra S-Seba’ Snin Tal-Għażiża Bintu

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, iċċelebra għeluq snin bintu Ana b'messaġġ qasir iżda mimli mħabba li qasam fuq il-paġni tiegħu fuq il-midja soċjali.

Ilbieraħ, fil-messaġġ tiegħu, Camilleri fakkar il-jum li fih hu u l-familja tiegħu laqgħu l-ewwel wild tagħhom fid-dinja, fejn kiteb, "7 snin ilu kellna l-ewwel wild tagħna. Inħobbuk bla qies Ana."

Il-kliem tiegħu kien akkumpanjat minn ritratt tal-familja, filwaqt li bosta segwaċi, ħbieb u persuni pubbliċi ngħaqdu miegħu biex iwasslu l-awguri tagħhom lil Ana f'dan il-jum speċjali.

Minn naħa ta' Gwida.mt, nawguraw lil Ana f'għeluq sninha. Nawgurawlha sena mimlija saħħa, ferħ u mumenti sbieħ mal-familja tagħha.

Ritratti:

Facebook / Clint Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI