Dan Il-Kelb Instab Fix-Xewkija – Animal Welfare Gozo Taqsam Appell

Chihuahua

Animal Welfare Gozo ħarġet avviż importanti wara li nstab kelb Chihuahua fi Triq l-Indipendenza, fix-Xewkija.

Jidher li l-kelb ma għandux microchip, u għalhekk qed jagħmlu appell lis-sid biex jidentifika ruħu u jiġi għalih fi żmien sebat ijiem.

Min ser jiġi għall-kelb, se jkun mitlub jippreżenta prova li hu s-sid u jiżgura li l-kelb jiġi ċċippjat fi żmien tlett ijiem.

Animal Welfare Gozo qed tappella wkoll lill-pubbliku biex jgħin jekk għandu xi informazzjoni dwar dan il-kelb jew is-sid tiegħu. Kull min jista' jgħin huwa mitlub iċempel fuq 79691717.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI