“Inħossni Verament Onorata U Grata Li Rċevejt Il-Premju Tat-Tielet Post Waqt Il-Finalissima Sanremo Juke Box” – Phyllisienne Brincat

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, Phyllisienne Brincat ħabbret li rċeviet premju prestiġjuż waqt festival famuż Taljan.

Hi kitbet, “Grata u onorata. Inħossni verament onorata u grata li rċevejt il-premju tat-tielet post waqt il-Finalissima Sanremo Juke Box. Iktar u iktar speċjali, l-istudenta għażiża tiegħi Claire Marie Busuttil ġiet premjata għal Best International Interpretation.”



Żiedet tgħid, “Nagħti l-glorja kollha lil Alla. Grazzi lil Alla talli gwidani matul kull pass, jiftaħli bibien, u jħallini naqsam dan il-vjaġġ mal-istudenti tiegħi.”



Nawgurawlha mmens għal dan il-premju prestiġjuż li bla dubju kien jixraqilha, u nawguraw ukoll lill-istudenta tagħha Claire Marie. Tassew aħna kburin bikom!



Ritratti:

Facebook / Phyillisienne Brincat The Artist

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI